It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 kienet id-dsatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Ġie skedat li jkun bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010 fl-Afrika t'Isfel. Din kienet l-ewwel darba li l-kampjonat ġie ospitat minn pajjiż Afrikan, wara li l-Afrika t'Isfel għelbet fl-isfida finali lill-"kuġini" tagħha Afrikani tal-Eġittu u l-Marokk sabiex jospitaw l-edizzjoni. Dan wassal biex il-konfederazzjoni Oċeanika tal-futbol tkun l-unika konfederazzjoni li għadha ma żammitx edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Tnejn u tletin tim ġew magħżula sabiex jipparteċipaw meta kkwalifikaw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2007. Fl-ewwel rawnd it-timijiet ikkompetew flimkien fi gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed, bl-aqwa żewġ timijiet jaqtgħu l-passaġġ għall-fażi suċċessiva. Is-sittax-il tim javvanzaw għall-fażi eliminatorja li tinkludi tliet rawnd li fl-aħħar jiddeterminaw l-aħħar żewġ timijiet li jikkontestaw il-finali. Spanja rebħu dan it-turnew, fejn fil-finali, iċ-ċampjins Ewropej għelbu lit-tim Olandiż fil-ħin barrani bl-iskor ta' 1–0, gowl li wasal minn Andrés Iniesta. Dan kien l-ewwel titlu mondjali għat-tim Spanjol. L-Italja kienet qed tiddefendi t-titlu li kisbet fl-edizzjoni preċedenti, iżda falliet hekk kif inqalgħet fil-fażi eliminatorja. L-għażla tal-ospitu L-Afrika ġiet magħżula bħala l-ospitu tat-Tazza tad-Dinja 2010 bħala parti minn politika ġdida li tikkonsisti fir-rotazzjoni ta' dan l-avveniment bejn il-konfederazzjonijiet tal-futbol (idea li ġiet abbandunata f'Ottubru tal-2007). Ħames pajjiżi Afrikani għamlu offerta biex jospitaw l-edizzjoni tal-2010 tat-Tazza tad-Dinja: Eġittu Eġittu Libja Libja / Tuneżija Tuneżija (pjan ta' ospitu kollettiv) Marokk Marokk Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel Minħabba d-deċiżjoni suċċessiva tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA biex il-kampjonat ma jiġix ospitat minn żewġ pajjiżi, it-Tuneżija irtirat il-kandidatura tagħha. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li ma jaċċettax lil-Libja bħala ospitu minħabba li ma laħqitx il-kriterji uffiċjali. Wara rawnd ta' voti, l-offerta rebbieħa ġiet mħabbra mill-president tal-FIFA Sepp Blatter waqt konferenza stampa fil-15 ta' Mejju 2004, f'Żurigu. L-Afrika t'Isfel ingħatat id-dritt li tospita dan it-turnew, fejn għelbet l-isfida tal-Marokk u l-Eġittu.[1] Riżultati Pajjiż Voti Bandiera tal-Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel 14 Bandiera tal-Marokk Marokk 10 Bandiera tal-Eġittu Eġittu 0 Tuneżija Tuneżija – irtirat fit-8 ta' Mejju 2004 wara li żewġ ospiti ma kinux aċċettati Libja Libja – l-offerta ġiet irrifjutata: il-kandidatura ma laħqitx il-kriterji u l-ospitu bejn żewġ pajjiżi ma kienx aċċettat Għajdut ta' ospitu ġdid Diversi għajdut ċċirkulaw f'sorsi varji tal-aħbarijiet li kienu jsostnu li t-Tazza tad-Dinja 2010 tista' ssir f'pajjiż ieħor.[2][3] Xi nies, fosthom Franz Beckenbauer, Horst R. Schmidt u, anki, xi eżekuttivi tal-FIFA, esprimew id-dubji tagħhom fuq il-pjan, l-organizzazzjoni u ż-żmien ta' preparazzjoni tal-AFrika t'Isfel. Madanakollu, l-uffiċjali tal-FIFA komplew isostnu li se jkomplu jagħtu s-sosten tagħhom lill-Afrika t'Isfel, u stqarrew li l-avveniment mhux se jitmexxa lejn pajjiż ieħor, bil-president tal-FIFA Sepp Blatter kompla jsostni li t-Tazza tad-Dinja 2010 se ssir fl-Afrika t'Isfel.[4] Blatter stqarr li hemm pjan ta' kontinġenza biex it-Tazza tad-Dinja issir x'imkien ieħor imma dan ikun f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, u li t-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja kellha wkoll pjan ta' kontinġenza simili.[5] Minkejja l-assigurazzjoni min-naħa tal-FIFA li l-avveniment jitmexxa biss f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, xi għajdut kompla jiċċirkula dwar il-possibilità ta' ospitu ġdid. Dan l-għajdut kollu ġie kkritikat mid-deputat Ministru tal-Finanzi tal-Afrika t'Isfel Jabu Moleketi, fejn qal li dan l-għajdut sar biex ipoġġi dehra negattiva għall-Afrika t'Isfel u l-Afrika.[6] Kwalifikazzjoni Searchtool.svg Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010. Bħala l-pajjiż ospitu, l-Afrika t'Isfel awtomatikament irċieva post fil-fażi finali. Madanakollu, l-Afrika t'Isfel xorta waħda ħadet sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni minħabba li dawn iservu wkoll bħala turnew ta' kwalifika għat-Tazza Afrikana 2010. Din hi l-ewwel darba mill-1934 li ospitu tat-Tazza tad-Dinja, ipparteċipa xorta waħda fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja. Bħat-turnew preċedenti, iċ-ċampjins renjanti tal-Italja, ma ngħatawx aċċess awtomatiku għall-fażi finali. Il-poloz għall-fażi preliminarja ttellgħu f'Durban, fl-Afrika t'Isfel, fil-25 ta' Novembru 2007. Timijiet kwalifikati It-32 tim segwenti kkwalifikaw għall-fażi finali tal-kompetizzjoni. AFC (4) Flag of Australia.svg Awstralja Flag of Japan.svg Ġappun Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel CAF (6) Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel (ospiti) Flag of Algeria.svg Alġerija Flag of Ghana.svg Gana Flag of Cameroon.svg Kamerun Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju Flag of Nigeria.svg Niġerja CONCACAF (3) Flag of Honduras.svg Ħonduras Flag of Mexico.svg Messiku Flag of the United States.svg Stati Uniti CONMEBOL (5) Flag of Argentina.svg Arġentina Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Chile.svg Ċili Flag of Paraguay.svg Paragwaj Flag of Uruguay.svg Urugwaj OFC (1) Flag of New Zealand.svg New Zealand UEFA (13) Flag of Denmark.svg Danimarka Flag of England.svg Ingilterra Flag of France.svg Franza Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of Greece.svg Greċja Flag of Italy.svg Italja Flag of the Netherlands.svg Olanda Flag of Portugal.svg Portugall Flag of Serbia.svg Serbja Flag of Slovakia.svg Slovakkja Flag of Slovenia.svg Slovenja Flag of Spain.svg Spanja Flag of Switzerland.svg Żvizzera Timijiet kwalifikati kuluriti bl-aħdar. Għal-Leġġenda għal żoni oħra, ara hawnhekk. Din hija l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ma rat lil ebda tim jikkwalifikaw għall-ewwel darba, minkejja li tnejn minn dawk li kkwalifikaw (is-Slovakkja u s-Serbja) preċedentament kienu dehru f'isem żewġ pajjiżi oħra. Is-Slovakkja kienu ħadu sehem taħt l-isem taċ-Ċekoslovakkja, waqt li s-Serbja kkompetew bħala parti mill-Jugożlavja u tas-Serbja u Montenegro. Fiż-żewġ każi, il-FIFA ikkunsidrat liż-żewġ timijiet bħala l-eredi tar-rekords tal-pajjiżi li kienu jappartjenu għalihom qabel. Kontroversji fil-kwalifikazzjoni Kontroversja nqalgħet fuq il-partiti ta' kwalifika bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-Kosta Rika u l-Urugwaj, u l-Eġittu u l-Alġerija f'Novembru 2009. Fit-tieni leg tal-play-off bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-kaptan ta' Franza Thierry Henry lagħab il-ballun b'idu f'azzjoni li wasslet għall-gowl tal-pari għall-Franċiżi, mingħajr ma kien jaf ir-referi.[7] L-inċident qajjem dibattitu sħun fuq kif il-partiti għandhom jiġu mmexxija fl-ogħla livell. Il-FIFA irrifjutat ir-rikjesta min-naħa tal-Federazzjoni tal-futbol Irlandiża sabiex tirrepeti l-logħba, waqt li aktar tard kien hemm rikjesta sabiex l-Irlanda tkun it-33 tim fit-Tazza tad-Dinja, rikjesta li aktar tard ġiet imwaqqha. Il-Kosta Rika qajmet ilment fuq il-gowl tal-Urugwaj fil-logħba ta' spareġġ tal-CONMEBOL-CONCACAF li ta r-rebħa lis-Sud-Amerikani,[8] waqt li l-aħħar partita bejn l-Eġittu u l-Aġerija kienet imdawwra minn rapporti fuq problemi fost il-partitarji. Bħala tweġiba għall-inċidenti li nqalgħu matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni u fuq kontroversja ta' tixħim fil-futbol, nhar it-2 ta' Diċembru 2009, il-FIFA sejħet laqgħa straordinarja tal-Kumitat Eżekuttiv. Wara l-laqgħa, il-FIFA ħabbret kienu se jagħmlu inkjesta fuq it-teknoloġija u uffiċjali żejda fil-partiti, però ma ħabbrux li kienu se jintroduċu l-assistenti mal-linji tal-gowls kif kienet diġà adottata fl-Europa League, u minflok kompla jiġi misħuq li l-kompetizzjoni fl-Afrika t'Isfel se tkun immexxiha bħal qabel, b'referi wieħed, żewġ assistenti, u r-raba' uffiċċjal.[9] Fuq is-suġġett dwar il-logħob rett, il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr: “ Nappella lil kull plejer u kowċ sabiex josserva l-logħob rett. Fl-2010 iridu nuru li l-futbol imur 'il hemm minn sempliċi daqqiet ta' ballun imma għandu valur soċjali u kulturali...Għalhekk nistaqsu lill-plejers sabiex 'jekk jogħġobkom osservaw il-logħob rett' sabiex inkunu eżempju lill-kumplament tad-dinja. ” —President tal-FIFA Sepp Blatter Stadji Fl-2005, l-organizzaturi ħarġu lista proviżorja tat-tlettax-il stadju li se jintużaw għat-Tazza tad-Dinja: Bloemfontein, Cape Town, Durban, Johannesburg (żewġ impjanti), Kimberley, Nelspruit, Orkney, Polokwane, Port Elizabeth, Pretorja (żewġ impjanti), u Rustenburg. Dan in-numru tnaqqas għal għaxra[10] li kienu uffiċjalment mħabbra fis-17 ta' Marzu 2006 mill-FIFA: Rustenburg Pretorja Polokwane Nelspruit Royal Bafokeng Stadium Kapaċità: 44,530 Loftus Versfeld Stadium Kapaċità: 49,365 Peter Mokaba Stadium Kapaċità: 45,264 Mbombela Stadium Kapaċità: 43,589 L-istadju Royal Bafokeng f'Rustenburg L-istadju Loftus Versfeld f'Pretorja L-istadju Peter Mokaba f'Polokwane L-istadju Mbombela f'Nelspruit Johannesburg Mappa tal-Afrika t'Isfel Johannesburg Soccer City Kapaċità: 94,700 Ellis Park Stadium Kapaċità: 62,567 L-istadju Ellis Park f'Johannesburg Cape Town Port Elizabeth Bloemfontein Durban Free State Stadium Kapaċità: 45,058 Moses Mabhida Stadium Kapaċità: 69,957 Green Point Kapaċità: 66,005 Nelson Mandela Bay Stadium Kapaċità: 46,082 L-istadju Free State f'Cape Town L-istadju Moses Mabhida f'Durban L-istadju Green Point f'Cape Town L-istadju Nelson Mandela Bay f'Port Elizabeth Preparamenti Ħames stadji ġodda ġew mibnija għal dan il-kampjonat, u ħamsa minn dawk li diġà jeżistu ġew estiżi. L-ispiża totali tal-kostruzzjoni se tkun madwar R8.4 biljun.[11] Minbarra l-ħidma fuq l-istadji l-ġodda li nbnew u dawk li tranġaw, l-Afrika t'Isfel ħdamet biex ittejjeb l-infrastruttura preżenti tat-trasport pubbliku, u biex timplimenta miżuri speċjali sabiex tassigura s-sigurtà u s-saħħa tan-nies lokali u t-turisti internazzjonali li jkunu qed jattendu għall-partiti, skont il-kriterji tal-FIFA.[12] Il-mod ta' kif ġew effetwati dawn il-preparamenti, intlaqa' minn rispons qawwi mill-FIFA, fejn deher li kienu lesti sabiex jospitaw ġewwa pajjiżhom wieħed mill-ikbar avvenimenti sportivi li huwa segwit b'tant fervur minn miljuni ta' nies.[13] Sorteġġ tal-gruppi Il-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA approvat il-proċedura għat-tlugħ finali tal-gruppi nhar it-2 ta' Diċembru 2009. It-timijiet ġew maqsuma f'erba' urni differenti, bl-aqwa seba' timijiet skont il-klassifika mondjali tal-FIFA ta' Ottubru 2009 flimkien mal-ospitanti tal-Afrika t'Isfel jitqgħedu fl-ewwel urna. Il-kumitat approva wkoll kif se jkunu magħmula l-urni l-oħra. It-tieni urna kienet komposta mill-Asja, l-Oċeanja, u l-Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew. It-tielet urna kienet tikkonsisti minn timijiet mill-Afrika u l-Amerika t'Isfel, u r-raba' urna bil-kumplament tat-timijiet Ewropej. L-Afrika t'Isfel awtomatikament tqegħdu f'A1; is-seba' timijiet l-oħra mill-ewwel urna ġew pożizzjonati f'numru 1 tal-gruppi l-oħra B-H. Il-gruppi ġew mtella' minn A sa H, u l-pożizzjonijiet fil-grupp ġew mtella' għal Urna 2 sa 4. Il-kriterju ġeografiku ġie rispettat, jiġifieri li l-ebda tim mill-istess konfederazzjoni ma jista' jiġi fi grupp ma' tim ieħor mill-istess konfederazzjoni, ħlief għat-timijiet Ewropej li seta' jkun hemm massimu ta' tnejn fi grupp. L-Afrika t'Isfel ma setgħetx tiġi mniżżla mat-timijeit Afrika mill-Urna 3 u l-Arġentina u l-Brażil ma setgħux jiġu mtella' kontra l-kumplament tat-tliet timijiet miż-Żona tal-Amerika t'Isfel. L-ewwel żewġ timijiet Afrikani li ttellgħu minn Urna 3 daħlu mal-Arġentina u l-Brażil.[14] Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Spain.svg Spanja Flag of the Netherlands.svg Olanda Flag of Italy.svg Italja Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of Argentina.svg Arġentina Flag of England.svg Ingilterra Flag of Australia.svg Awstralja Flag of Japan.svg Ġappun Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel Flag of Honduras.svg Ħonduras Flag of Mexico.svg Messiku Flag of the United States.svg Stati Uniti Flag of New Zealand.svg New Zealand Flag of Algeria.svg Alġerija Flag of Cameroon.svg Kamerun Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju Flag of Ghana.svg Gana Flag of Nigeria.svg Niġerja Flag of Chile.svg Ċili Flag of Paraguay.svg Paragwaj Flag of Uruguay.svg Urugwaj Flag of Denmark.svg Danimarka Flag of France.svg Franza Flag of Greece.svg Greċja Flag of Portugal.svg Portugall Flag of Serbia.svg Serbja Flag of Slovakia.svg Slovakkja Flag of Slovenia.svg Slovenja Flag of Switzerland.svg Żvizzera It-tlugħ tal-poloz saru f'Cape Town, fl-Afrika t'Isfel fis-19:00 (UTC+2) nhar l-4 ta' Diċembru 2009. Iċ-ċerimonja ġiet preżentata mill-attriċi Sud-Afrikana Charlize Theron, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jérôme Valcke. Numru ta' figuri sportivi taw sehemhom fit-tlugħ tal-poloz għall-gruppi.[15] Grupp A Grupp B Grupp Ċ Grupp D Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel Flag of Argentina.svg Arġentina Flag of England.svg Ingilterra Flag of Germany.svg Ġermanja Flag of Mexico.svg Messiku Flag of Nigeria.svg Niġerja Flag of the United States.svg Stati Uniti Flag of Australia.svg Awstralja Flag of Uruguay.svg Urugwaj Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel Flag of Algeria.svg Alġerija Flag of Serbia.svg Serbja Flag of France.svg Franza Flag of Greece.svg Greċja Flag of Slovenia.svg Slovenja Flag of Ghana.svg Gana Grupp E Grupp F Grupp Ġ Grupp H Flag of the Netherlands.svg Olanda Flag of Italy.svg Italja Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Spain.svg Spanja Flag of Denmark.svg Danimarka Flag of Paraguay.svg Paragwaj Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq Flag of Switzerland.svg Żvizzera Flag of Japan.svg Ġappun Flag of New Zealand.svg New Zealand Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju Flag of Honduras.svg Ħonduras Flag of Cameroon.svg Kamerun Flag of Slovakia.svg Slovakkja Flag of Portugal.svg Portugall Flag of Chile.svg Ċili Referis AFC Arabja Sawdija Khalil Al Ghamdi Użbekistan Ravshan Irmatov Malażja Subkhiddin Mohd Salleh Ġappun Yuichi Nishimura CAF Mali Koman Coulibaly Afrika t'Isfel Jerome Damon Seychelles Eddy Maillet CONCACAF El Salvador Joel Aguilar Messiku Benito Archundia Gwatemala Carlos Batres Messiku Marco Antonio Rodríguez CONMEBOL Arġentina Héctor Baldassi Urugwaj Jorge Larrionda Ċili Pablo Pozo Kolombja Óscar Ruiz Brażil Carlos Eugênio Simon Urugwaj Martín Vázquez OFC New Zealand Michael Hester New Zealand Peter O'Leary UEFA Portugall Olegário Benquerença Żvizzera Massimo Busacca Belġju Frank De Bleeckere Żvezja Martin Hansson Ungerija Viktor Kassai Franza Stéphane Lannoy Italja Roberto Rosetti Ġermanja Wolfgang Stark Spanja Alberto Undiano Mallenco Ingilterra Howard Webb Skeda Il-ħinijiet kollha huma UTC+2. Fażi tal-gruppi Fit-tabelli segwenti: L = total ta' logħob li ntlagħbu R = total ta' rebħiet P = total ta' pari T = total ta' telfiet GF = total ta' gowls skurjati (favur) GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra) DG = differenza ta' gowls (GF–GK) Pti = total ta' punti akkumulati It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax. Leġġenda għall-kuluri fit-tabelli tal-gruppi Timijiet li avvanzaw għar-rawnd ta' L-Aħħar sittax Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi Għat-turnew tat-Tazza tad-Dinja, il-FIFA iddeċidiet sett ta' kriterji sabiex tidentifika kull pożizzjoni fil-grupp ta' kull tim fil-fażi tal-gruppi.[16] l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti kollha tal-grupp; differenza ta' gowls fil-partiti kollha tal-grupp; l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp; l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati; differenza ta' gowls mill-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati; l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati; tlugħ tax-xorti mill-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA. |
About us|Jobs|Help|Disclaimer|Advertising services|Contact us|Sign in|Website map|Search|
GMT+8, 2015-9-11 20:13 , Processed in 0.194792 second(s), 16 queries .